3 sottomissjonijiet għal smart cabinets fid-Dipartiment tas-Saħħa

Jan 7, 2016

Illum ghalqet l-ewwel fazi f’sejha mahruga mill-Gvern f’Ottubru li ghadda li ghandha twassal ghal sistema aktar effettiva ta’ kif tinhazen u titqassam il-medicina.

L-investiment li jammonta ghal miljuni ta’ ewro fuq il-mudell ta’ Public Private Partnership se jahseb biex jigu introdotti sistemi godda, bl-ghajnuna ta’ servizzi teknologici bhal dawk ta’ sistema awtomatizzata li biha jibda jsir tqassim aktar efficjenti tal-medicini.

Dan il-progett kif imwieghed fil-bagit li ghadda, se jwassal biex il-pajjiz jiffranka l-flus ghax titnaqqas il-hela u tizdied l-efficjenza. B’dan il-progett jizdied is-serhan tal-mohh li l-pazjent qed jinghata l-medicina skont kif preskritta.

B’dan il-mod anke r-rizorsa umana tista’ tintuza ferm ahjar milli qed tintuza llum.

Dalghodu, fil-prezenza tal-pubbliku Projects Malta Ltd fethet is-sottomissjonijiet ta’ dawk interessati fil-progett.

B’kollox kien hemm tliet sottomissjonijiet:

Pharma Solutions J.V
Consortium SLPA-Swisslog
Innovative Automated Solutions

Is-sejha pubblika thares lejn koncessjoni ghal servizz pubbliku ghad-disinjar, manifatturar, installazzjoni, operat, tahrig u manutenzjoni ta’ smart cabinets ghal farmacewtici, materjali medici u taghmir iehor li jintuza fil-kura tas-sahha.

Il-Ministru tas-Sahha Dr Konrad Mizzi, responsabbli ukoll minn Public Private Partnerships sostna li “dan il-pass juri l-impenn tal-Gvern li jhares lejn metodi godda li permezz taghhom jitjieb is-servizz li jinghata lill-pazjenti taghna permezz ta’ investiment fl-aqwa u l-ahhar teknologija.”

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458