AX Holdings Ltd tilħaq il-kriterji tal-evalwazzjoni fis-Sejħa għall-Proposti dwar modi differenti ta’ trasport fiż-żoni ta’ madwar il-Port il-Kbir

Dec 10, 2015

Stqarrija ghall-Istampa
Il-Hamis 10 ta’ Dicembru, 2015

Projects Malta Ltd thabbar li ghadu kemm intemm il-process ta’ evalwazzjoni b’rabta mas-Sejha ghall-Proposti dwar modi differenti ta’ trasport fiz-zoni ta’ madwar il-Port il-Kbir u l-port ta’ Marsamxett.

Is-sottomissjoni prezentata minn AX Holdings Ltd ghaddiet minn dan il-process ta’ evalwazzjoni fil-mod intier tieghu.

Projects Malta Ltd thabbar li l-kriterji stipulati fis-Sejha ta’ Proposti kienu milhuqa minn AX Holdings Ltd u ghaldaqstant AX Holdings Ltd tista’ titqies bhala l-proponent preferut ghal dan il-progett.

Projects Malta ghadha kemm infurmat lil AX Holdings Ltd li ufficjalment se tibda l-parti li jmiss tal-process u cioe’ dak li jibdew diskussjonijiet maghha.

Hi din il-fazi li twassal ghal ftehim ufficjali fuq dan il-progett.

AX Holdings Ltd giet infurmata wkoll li tul din il-fazi ta’ diskussjoni, il-koperazzjoni kollha tal-kumpanija hi mistennija biex il-process jitlesta malajr.

Il-Ministru ghall-Energija u s-Sahha Konrad Mizzi wera s-sodisfazzjon tieghu li f’pajjizna se jkollna progett li jghaqqad iz-zona tal-Port ta’ Marsamxett maz-zona tal-Port il-Kbir permezz ta’ progett iffinanzjat u mmexxi mis-settur privat.

“Permezz ta’ PPPs il-Gvern qieghed jiftah setturi ekonomici godda fejn is-settur privat qieghed jinghata l-opportunità jidhol ghall-investiment li sa ftit snin ilu kien assocjat biss mas-settur pubbliku,” sostna Dr Konrad Mizzi.

Il-Ministru ghat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi qal li “din hija mizura ohra, fost ohrajn, li identifika dan il-Gvern, biex ikompli jippromwovi mezzi alternattivi ta’ trasport f’pajjizna, kemm biex tittaffa l-problema ta’ traffiku kif ukoll biex tonqos id-dipendenza fuq vetturi privati.”

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458