Delegazzjoni ta’ TradeMalta ttemm l-impenji tagħha fl-Italja

Jul 20, 2015

Tintemm b’success trade mission ta’ jumejn immexxija minn TradeMalta Ltd fl-Italja.
“Din il-missjoni holqot opportunitajiet u klima eccellenti biex intrapizi Maltin jimirhu fi swieq internazzjonali importanti,” sostna Anton Buttigieg, Kap Ezekuttiv ta’ Trade Malta Ltd fi tmiem iz-zjara fil-Milan EXPO.

Din kienet l-ewwel sejha pubblika ghal-trade mission immexxija minn TradeMalta minn mindu twaqqfet din l-inizjattiva bejn Gvern u l-Privat. Id-delegazzjoni Maltija nkludiet rapprezentanti minn erba’ organizazzjonijiet lokali b’esperjenza fl-esportazzjoni: KSI Malta, Gutenberg Press, Simonds Farsons Cisk u Logix Creative. Maghhom inghaqdu wkoll rapprezentanti mill-Kamra tal-Kummerc u mill-GRTU.

David Curmi, Chairman ta’ TradeMalta fisser kif din l-ewwel trade mission “tirriafferma l-filosofija u l-hsieb ewlieni li wassal ghal holqien ta’ din il-Public Private Partnership bejn Projects Malta Ltd u l-Kamra tal-Kummerc – dak li TradeMalta tassisti lill-intrapriza lokali biex tilhaq swieq internazzjonali.

“B’dan il-mod kumpaniji bbazati f’Malta jkunu jistghu ibieghu s-servizzi u l-prodotti taghhom lil hinn minn xtutna u jkunu jistghu jikbru fuq skala internazzjonali,” sahaq Curmi.

“Sodisfatti bil-laqghat li kellna u hemm potenzjal biex kumpaniji Maltin jikbru fuq pjattaforma akbar. Se nkomplu nahdmu biex aktar kumpaniji Maltin ikollhom l-opportunita’ li jsahhu r-relazzjonijiet taghhom fuq bazi internazzjonali.”

Tul dawn il-jumejn TradeMalta kienet strumentali biex kumpaniji lokali setghu jiltaqghu fuq bazi one-to one ma’ investituri Taljani hafna minnhom godda ghal Malta. B’kollox hu stmat li saru ’l fuq minn 25 laqgha li jvarjaw mis-settur tal-ICT, sas-settur tas-Sahha u l-Istampar.

“Il-laqghat kienu interessanti u mifruxa f’Milan u fir-regjun tal-Lombardija. TradeMalta se tkun qed issegwi mill-qrib ir-rizultati ta’ dawn il-laqghat u se tkompli tassisti lill-industrija Maltija fejn mehtieg,” sostna Anton Buttigieg, Kap Ezekuttiv ta’ TradeMalta Ltd.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott
Mil-lemin ghax-xellug: David Curmi u Anton Buttigieg Chairman u Kap Ezekuttiv ta’ TradeMalta rispettivament

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458