Jitħabbar l-isem tal-konsorzju b’interess fil-proġett fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan

Jan 15, 2016

Ftit tal-hin ilu Projects Malta habbret li rceviet sottomissjoni b’rabta mas-Sejha ghall-Offerti ghall-binja li bhalissa tospita l-Istitut tal-Istudji Turistici fil-Bajja ta’ San Gorg, f’San Giljan u l-art fil-qrib. Dan wara li l-Gvern, separatament diga’ habbar li se jkun qieghed jinvesti f’facilitajiet godda fuq livell dinji ghall-Istitut tal-Istudji Turistici fi Smart City.

Fil-prezenza tal-pubbliku, Projects Malta Ltd fethet is-sottomissjoni li dahlet tul dan il-process li tniehda f’Novembru li ghadda.

Il-Gvern se jkun qieghed jaghti koncessjoni lill-aktar proponent li jilhaq il-kriterji stabbiliti f’dan il-process biex jiddisinja, jibni u jopera tahlita ta’ turizmu u divertiment.

Fis-sejha Projects Malta kienet habbret li dan il-progett hu mmirat esklussivament biex jinholoq a “landmark development” li jtejjeb il-prodott turistiku u ta’ negozju f’Malta bil-mira ewlenija tkun li jinholqu nicec godda ta’ turizmu fil-pajjiz.

Is-sejha titlob b’mod specifiku li l-progett jinkludi fih lukanda f’livell ta’ hames stilel jew aktar u li tkun topera taht brand ta’ lukandi rikonoxxuta internazzjonalment u li tkun mifruxa madwar id-dinja.

Il-progett irid jinkludi wkoll facilitajiet ta’ divertiment u rikreazzjoni, numru ta’ units residenzjali kif ukoll hwienet tal-ikel u ohrajn kummercjali. It-tip ta’ hwienet iridu jkunu mmirati u li jirriflettu t-tip ta’ klijentela li wiehed jistenna f’lukanda ta’ dan it-tip kif ukoll il-klijenti li se jattiraw dawn in-nicec godda ta’ turizmu li se jinholqu.

B’kollox tliet kumpaniji gabru d-dokument ufficjali ta’ din is-sejha u konsorzju wiehed tefa’ s-sottomissjoni.

L-isem tal-konsorzju hu:

SD Holdings Ltd, Seabank Hotel and Catering Ltd and Seaport Franchising Ltd.

Il-process li jmiss hu li l-Kumitat tal-Evalwazzjoni jaghrbel is-sottomissjoni li rceviet Projects Malta u wara jithabbar jekk lahqitx il-kriterji stabbiliti fil-process.

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458