Jitħabbru s-sottomissjonijiet b’rabta ma’ modi differenti ta’ trasport fiż-żoni ta’ madwar il-Port il-Kbir
Illum wara nofsinhar ghalaq iz-zmien ghas-sottomissjonijiet quddiem Projects Malta Ltd ghall-progett ta’ disinjar, bini u thaddim ta’ modi differenti ta’ transport fiz-zoni fi hdan il-Port il-Kbir u fiz-zoni ta’ madwar il-port ta’ Marsamxett.
Fis-sejha mahruga f’Awwissu ta’ din is-sena, Projects Malta talbet biex jitressqu ideat ghal progetti innovattivi li joffru soluzzjonijiet alternattivi ghall-pubbliku. Dawn il-progetti kellhom ikunu efficjenti, effettivi u li ma jinkludux uzu ta’ karozzi.
Il-progett jew progetti huma mmirati biex jitnaqqas it-traffiku u l-hin ta’ stennija ghall-pubbliku.
Projects Malta Ltd irceviet sottomissjoni wahda li nftehet fil-prezenza ta’ nutar pubbliku.
Din hi minn:
AX Holdings Ltd.
Il-process li jmiss hu li s-sottomissjonijiet jghaddu minn process ta’ evalwazzjoni, liema process iwassal ghat-thabbir tal-isem tal-proponent jew proponenti li jikkwalifikaw ghall-fazi li jmiss: dik ta’ negozjar.