Kampjonati Internazzjonali f’Malta se jħallu nofs miljun ewro fl-ekonomija

Oct 12, 2015

F’konferenza stampa, jumejn qabel il-bidu tat-Thundercats World Championship li se jittellghu ghall-ewwel darba f’Malta, Wilfrid Buttigieg – CEO ta’ Yachting Malta spjega li dawn il-kampjonati se jhallu man-nofs miljun ewro fl-ekonomija Maltija. It-Thundercats World Championship li se jkun mifrux fuq sebat ijiem hu avveniment storiku li fih se jinvolvi 30 tim minn 10 pajjiz differenti, fosthom: l-Afrika t’Isfel, l-Ingilterra kif ukoll Malta.

L-avveniment se jixxandar internazzjonalment fosthom fuq SKY TV b’udjenza li tista’ titla’ ghal 200 miljun. “Yachting Malta li twaqqfet ftit tax-xhur ilu kellha mira ewlenija: dik li tghin u tassisti entitajiet li jressqu progetti fuq pjattaforma internazzjonali lejn pajjizna. Din it-tellieqa ghandha l-ingredjenti importanti li jikkwalifikawha ghal appogg fosthom: it-turizmu li qed tiggenera, it-tul tal-attivita’ li se sservi ta’ gallerija internazzjonali biex Malta u s-sbuhija taghha jinfirxu internazzjonalment,” sostna Wilfrid Buttigieg, CEO ta’ Yachting Malta.

“Avvenimenti sportivi ta’ din ix-xorta huma krucjali ghax ihallu impatt posittiv fl-ekonomija ta’ pajjizna. Qed ikun stmat li dan il-kampjonat, li se jibda nhar is-Sibt u li se jkun mifrux fuq 7 ijiem, se jhalli nofs miljun ewro fl-ekonomija ta’ pajjizna,” spjega s-CEO ta’ Yachting Malta Ltd. Ray Bugeja, organizzatur tal-Kampjonati li se jsiru f’Malta spjega kif hu kburi li ntaghzlet Malta biex tittella’ l-kampjonat dinji fiha.

“Fl-Ewropa dawn it-tip ta’ tlielaq jieqfu. Imma l-klima Maltija f’Ottubru, toffri l-aqwa elementi ghal dan l-isports. Din hi dixxiplina affaxxinanti li qed tattira hafna zghazagh madwar id-dinja.” qal Bugeja. “Filwaqt li dixxiplini ohra jitolbu nvestimenti kbar ta’ eluf ta’ ewro biex wiehed jixtri l-opra tal-bahar, din id-dixxiplina partikolari tehtieg investiment kapitali minimu ta’ madwar €7,000.”

Tkellmet ukoll Fiona Pasco Chairperson UIM Thundercats Committee & World Championship li fissret li “Malta kienet ghazla eccellenti ghal dawn il-kampjonati. Dan hu sports li jibni fuq il-kuncett ta’ kommunita’ bejn il-partecipanti u nawgura li Malta tkun biss il-bidu ta’ xi haga ferm akbar ghal kompetizzjonijiet ohra futuri.” Aaron Ciantar President tal-Assocjazzjoni tal-Power Boats fisser l-apprezzament tieghu lejn din l-attivita’ internazzjonali u awgura li Malta tkompli tibni fuq l-isem tajjeb hafna li kisbet fil-qasam marittimu. Fi tmiem il-konferenza tal-ahbarijiet, b’koordinazzjoni ma’ Transport Malta saret wirja fil-Port minn uhud mill-partecipanti tat-Thundercats.

Aktar dwar it-Thundercats World Championship:
www.tcrm.club

Yachting Malta Ltd: Yachting Malta Ltd hi Public Private Partnership bejn il-Gvern permezz ta’ Projects Malta u r-Royal Malta Yacht Club.www.yachtingmalta.org

Ritratti: Yachting Malta Ltd

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458