Kumitat Tekniku konġunt bejn l-Arċidjoċesi ta’ Malta u Projects Malta Ltd

Oct 15, 2016

Projects Malta Ltd thabbar li gie ffurmat il-Bord Tekniku b’rabta mal-progett ta’ aktar spazji miftuha u soluzzjoni ghal parkegg fic-centru tal-Mosta. F’dan il-Bord se jkun hemm ukoll rapprezentant tal-Arcidjocesi ta’ Malta.

Projects Malta appuntat lill-Perit Adrian Mifsud, Inginier Geotekniku biex jirrapprezenta lill-Gvern fuq dan il-Bord.

Filwaqt li l-Arcidjocesi ta’ Malta min naha taghha nnominat lis-Sur Ray Bonnici, Property Manager tal-Kurja, biex iservi f’isimha fuq dan il-bord.

L-ghan ta’ dan il-bord hu li z-zewg partijiet jiflu mill-qrib is-sottomissjonijiet li jista’ jkun hemm b’rabta mas-sejha pubblika mahruga minn Projects Malta Ltd.

Sa mill-bidu nett, l-Arcidjocesi ta’ Malta u Projects Malta Ltd qablu li jservu fuq dan il-Bord Tekniku li se jkun fornut bl-istudji teknici fuq is-sottomissjonijiet li jistghu jidhlu. Il-qbil hu li kwalunkwe sottomissjoni tista’ tipprocedi biss ’l quddiem jekk dan il-bord tekniku jkollu f’idejh studji teknici li juru li kwalunkwe xogholijiet li jsiru ma jhallu l-ebda impatt negattiv fuq ir-Rotunda tal-Mosta.

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458