Modular Floating Systems
Stqarrija ghall-Istampa
B’effett immedjat il-Gvern permezz ta’ Projects Malta beda diskussjonijiet mal-MHRA biex ikunu esplorati soluzzjonijiet differenti ghall-problema tal-iffullar fil-bajjiet pubblici.
Dan wara li dalghodu gie fi tmiemu l-process ghas-sejha tal-offerti b’rabta mal-floating modules fil-Bajja ta’ San Tumas Marsaskala. Aktar kmieni din il-gimgha ghalqet ukoll sejha simili li saret ghall-bajja maghrufa bhala l-Banju tas-Sorijiet f’Marsalforn Ghawdex.
L-ezercizzju b’tentattiv biex tittaffa l-problema tal-iffullar fil-bajjiet pubblici, kien mifrux fuq numru ta’ xhur kellu s-sostenn u l-approvazzjoni ta’ numru ta’ stakeholders ewlenin inkluz dawk ambjentali bhal Flimkien Ghall-Ambjent Ahjar.
Fil-mudell uzat, il-Gvern dejjem insista li d-dhul ghall-pubbliku fiz-zewg bajjiet jibqa’ b’xejn u li ma jinbnew l-ebda kjosks la fuq l-art u lanqas fuq il-bahar.
Fil-hin li ghalqu z-zewg tenders, l-ebda individwu jew kumpanija mas-sottometta l-interess tieghu.
Il-Gvern jibqa’ kommess li jahdem biex jinstabu soluzzjonijiet f’dan is-settur tant krucjali fl-ekonomija tal-pajjiz minghajr ma jimpingi fuq l-element ambjentali u ekonomiku tal-madwar.
Ghal dan il-ghan, b’effett immedjat Projects Malta bdiet diskussjonijiet mal-MHRA biex ikunu esplorati soluzzjonijiet differenti ghall-problema tal-iffullar fil-bajjiet pubblici. Tul id-diskussjonijiet il-Gvern se jibqa’ jzomm fuq quddiem nett tal-agenda l-kriterji ambjentali.
24 ta’ April 2015