Mosta: proġett ta’ bini ta’ parkeġġ taħt l-art u aktar żoni miftuħa għall-pubbliku

Sep 17, 2016

Projects Malta Ltd habbret li nhar it-Tlieta se tohrog sejha pubblika biex tilqa’ proposti ghal bini ta’ parkegg jew parkeggi godda fil-Mosta u l-holqien ta’ aktar spazji miftuha ghall-pubbliku.

Il-Mosta li hi t-tieni l-akbar belt f’Malta ilha ghal snin twal bi problema ta’ nuqqas ta’ soluzzjonijiet ta’ parkeggi. Fil-fatt, fil-qalba tal-Mosta bhalissa hemm biss 58 post ta’ parkegg. Dan meta l-popolazzjoni tizboq sew l-20,000 resident, b’kommunita’ kummercjali dejjem tikber ta’ aktar minn elfejn negozju u li thaddem qrib is-7,000 persuna. Dan minbarra l-fatt li c-Centru tas-Sahha tal-Mosta jilqa’ aktar minn 313,000 pazjent fis-sena.

Il-Mosta hi wkoll fost l-aktar sitt destinazzjonijiet popolari mat-turisti f’pajjizna tant li s-sena li ghaddiet 700,000 turist zaru din il-lokalita’. Din il-figura tirrapprezenta 39% tat-turizmu kollu li gie fil-pajjiz.

Fi prezentazzjoni lill-gurnalisti Projects Malta tat ezempji ta’ mudelli u zoni li wiehed jista’ jikkunsidra ghall-proposti. Il-Perit Paul Borg, elenka metodologiji differenti li ntuzaw internazzjonalment fuq progetti ta’ din ix-xorta.

Konrad Mizzi, Ministru fl-Ufficcju tal-Prim Ministru sostna li “il-progett tal-Mosta jikkumplimenta l-vizjoni tal-Gvern biex inzidu l-accessibbiltà permezz ta’ holqien ta’ parkeggi, li nnaqqsu t-traffiku mit-toroq, u li nipprovdu aktar spazji miftuha ghar-residenti.

“Dan huwa progett li saret hidma kbira fuqu mill-Kunsill Lokali tal-Mosta u Projects Malta Ltd. Il-Gvern qed jistieden lis-settur privat biex jissottometti l-ideat tieghu ghal soluzzjonijiet ta’ parkeggi fil-Mosta. Ahna kunfidenti li bl-investiment mis-settur privat, ikollna soluzzjoni ghal parkeggi godda li jaghmlu sens mal-pubbliku u mal-istakeholders kollha,” qal Konrad Mizzi.

Projects Malta Ltd fissret li bil-progett iridu jintlahqu numru ta’ miri fosthom:

1. Jinholqu spazji miftuha godda u aktar accessibbli ghall-pubbliku wara u biswit ir-Rotunda tal-Mosta;
2. Se jkunu kkunsidrati biss soluzzjonijiet li joholqu mill-inqas 350 spazju gdid ta’ parkegg;
3. Kull parkegg irid ikun taht l-art.

Projects Malta Ltd qed thares lejn dan il-progett bhala l-pedament li jixpruna lill-Kunsill Lokali tal-Mosta biex wara li jinbena l-parkegg jew parkeggi godda, jinholqu zoni godda pedonali fil-Mosta.

Tul ix-xhur li ghaddew Projects Malta Ltd nehdiet sensiela wiesa’ ta’ konsultazzjonijiet ma’ stakeholders differenti u d-dokument li se jinhareg nhar it-Tlieta jirrifletti l-impenn u bosta suggerimenti li saru. Matul id-diskussjonijiet mal-Arcidjocesi ta’ Malta ntlahaq ftehim li l-Arcidjocesi tappunta espert jew persuna tal-fiducja tal-Arcidjocesi biex flimkien ma’ espert nominat mill-Gvern, iservi fuq bord tekniku li jkollu c-cans li jiskrutinja l-proposta jew proposti li jigu shortlisted mit-team tal-evalwazzjoni.

Dettalji dwar ir-Request for Proposals jistghu jitnizzlu mis-sit: www.projectsmalta.com/tenders.

Sottomissjonijiet jintlaqghu sal-14 ta’ Novembru, 2016.

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458