Pass ieħor lejn servizzi tas-saħħa għas-seklu 21

May 19, 2015

Pass iehor lejn servizzi tas-sahha ghas-seklu 21
DIPARTIMENT TAL-INFORMAZZJONI
Press Release: PR 151117
19.05.2015

Illum ghalaq iz-zmien ghas-sottomissjonijiet quddiem Projects Malta ghal progett ghall-qasam tas-sahha li se jwassal ghal titjib fis-servizzi fil-qasam tas-sahha li jixirqu lill-pazjenti fis-seklu 21.

Permezz ta’ dan il-progett, ser ikun qed isir investiment fl-Isptar Generali ta’ Ghawdex li se jwassal ghal servizz tas-sahha tal-aqwa livell f’Ghawdex ghall-Ghawdxin, sodod ta’ kwalità u servizzi godda kif ukoll ghall-holqien ta’ nicca gdida tat-turizmu mediku. Dan il-progett ser iwassal ukoll ghall-izvilupp mill-gdid tal-Isptar San Luqa, sptar ghar-riabilitazzjoni, l-Isptar Karin Grech ghall-anzjani, ghal aktar sodod, ghal centru tad-dermatologija u servizzi ohra.

Dan l-investiment ser ikun qed jikkumplementa l-ftehim li l-Gvern iffirma ma’ Barts and the London School of Medicine and Dentistry.
Dan kollu ser ifisser il-holqien ta’ impjiegi godda, l-eliminazzjoni fid-diskrepanza bejn l-Isptar Mater Dei u l-Isptar ta’ Ghawdex, aktar soddod u madwar 300 student minn kullegg ta’ fama dinjija f’pajjizna.

Tliet sottomissjonijiet intlaqghu fl-ufficini ta’ Projects Malta f’tas-Sliema u nfethu fil-prezenza ta’ nutar pubbliku.

Dawn huma:
Vitals Global Healthcare Ltd/ Bluestone
Image Hospitals
BSP Investments Ltd

Ladarba nfethu s-sottomissjonijiet mitfughin issa jibda l-process ta’ evalwazzjoni, liema process iwassal ghat-thabbir tal-preferred bidder.

Il-Ministru ghall-Energija u s-Sahha, Konrad Mizzi qal li jinsab sodisfatt bl-interess ghal din is-sejha internazzjonali li bdiet it-triq biex pajjizna jkollu fost l-aqwa servizzi tas-sahha.

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458