Sit ġdid għall-Vikings Sailing Club

May 19, 2016

Stqarrija ghall-Istampa
L-Erbgha 18 ta’ Mejju 2016

Waqt konferenza stampa li saret wara nofsinhar fil-post il-gdid li gie allokat lill-Vikings Sailing Club f’Hay Wharf, Yachting Malta rrappurtat numru ta’ inizjattivi bhala parti mill-missjoni taghha biex tizviluppa l-potenzjal tat-tbahhir bil-jotts f’Malta.

Yachting Malta kienet strumentali biex tassigura li l-Vikings Sailing Club tkompli bl-operazzjonijiet taghha billi tghin lill-klabb jibda x-xoghol tal-irrangar fuq il-post biex dawn ikomplu jkunu jistghu jibqghu ghaddejjin.

Il-Vikings Sailing Club ikkontribwixxa hafna ghall-isport tal-bahar matul is-snin u Yachting Malta quddiem nett biex joffri l-ghajnuna tieghu b’appogg mal-hsieb ta’ parti mid-dikjarazzjoni tal-missjoni tal-organizzazzjoni: “biex igib ’il quddiem u jippromwovi t-tbahhir, b’enfasi fuq iz-zghazagh. Din tinkludi l-promozzjoni tal-edukazzjoni u t-tahrig fir-regoli tal-tbahhar, tat-tlielaq u tas-sigurtà fuq il-bahar.”

Bl-intervenzjoni tal-Yachting Malta u l-kollaborazzjoni tar-Royal Malta Yacht Club, il-Vikings Sailing Club setghu wkoll johorgu d-dghajjes taghhom mill-imhazen u b’hekk setghu jkomplu joffru l-lezzjonijiet tat-tbahhir tal-iSkolasport On the Move fuq il-Laser 16 u t-Topper, dghajjes tat-tbahhir single-handed mill-post tar-Royal Malta Yacht Club. Ezempju eccellenti ta’ rieda tajba u kollaborazzjoni bejn iz-zewg klabbs.

Wilfrid Buttigieg, Kap Ezekuttiv ta’ Yachting Malta ta rendikont ta’ aktar hidma li saret tul dawn l-ahhar xhur.

Inizjattivi ohra raw il-kontribuzzjoni tal-Yachting Malta lejn il-programmi ta’ zvilupp tar-Royal Malta Yacht Club. L-ewwel inizjattiva kienet l-appogg lejn il-Konferenza Ewropea tal-Kunsill Internazzjonali tal-Klabbs tal-Jotts li bis-sahha taghha, waqt konferenza ta’ jumejn li ospita l-klabb, kien hemm ghadd ta’ klabbs Ewropej jaqsmu bejniethom l-ahjar prattici.

Yachting Malta assistiet wkoll lill-Iskola tat-Tbahhir tal-Royal Malta Yacht Club biex izzid il-flotta tad-dghajjes taghha bl-introduzzjoni tal-klassi RS Feva. Iz-zieda ta’ dawn id-dghajjes se tghin lir-Royal Malta Yacht Club biex tiehu hsieb aktar nies li huma interessati fit-tbahhir.

Inizjattiva simili ttiehdet ukoll mall-Birzebbuga Sailing Club fejn il-klabb inghata l-appogg biex seta’ jixtri zewg dghajjes godda — Optimist u RS Feva. Bis-sahha tal-introduzzjoni tal-RS Feva issa hemm grupp ta’ 8 bahrin li sabu mill-gdid is-sens tal-entuzjazmu wara li kienu nqatghu barra mill-klassi tal-Optimists.

Yachting Malta appoggjat ukoll il-Pageant of the Seas li se ssir fil-Port il-Kbir fis-7 ta’ Gunju – attivita’ organizzata mill-Valletta 2018 Foundation biex tfakkar l-450 anniversarju mit-tqeghid tal-ewwel gebla tal-Belt Valletta. Dan l-avveniment se jgib flimkien 27 jott itajjar il-bandieri tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jaghmlu dahla sinkronizzata fil-Port il-Kbir bhala parti mill-ispettaklu.

F’Novembru li ghadda l-Yachting Malta appoggjat ukoll il-Malta Sailing Federation National Dinghy Championships li saru mir-Royal Malta Yacht Club.

“Ahna bdejna naghtu s-sostenn direttament taghna lil dan l-isport fl-2015 biex b’hekk tajna l-ghajnuna lill-klabbs jizviluppaw u jkabbru dan l-isport. Issa mill-2016 ’il quddiem kien hemm tibdil fl-istrategija.

“Yachting Malta dalwaqt se johrog sejha pubblika ghall-avvenimenti godda fil-jotting. Yachting Malta lesta li taghti l-appogg taghha lill-individwi, klabbs u organizzazzjonijiet li huma lesti jorganizzaw avvenimenti u inizjattivi godda tal-jotting,” spjega Buttigieg.

“Yachting Malta, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Mimcol, se tassisti fl-izvilupp tal-Cost Benefit Analysis & Economic Impact Assessments relatati ma’ inizjattivi godda fil-jotting. Dawn l-ezercizzi professjonali jghinu biex jikkwantifikaw l-effett ekonomiku li jgibu dawn l-avvenimenti tal-jotting bhala mod biex jigbdu aktar appogg u b’hekk ikunu implimentati. Yachting Malta se sservi wkoll bhala ‘one-stop shop’ biex tghin organizzaturi ta’ evvenimenti tal-jotting, specjalment mil-lat burokratiku u x’l-ahjar li jkun jaqbel li jsir. L-objettivi tal-Yachting Malta huma tnejn – dak li tizviluppa t-talent lokali imma wkoll li tidhol fil-potenzjal kbir li hawn Malta biex tkun id-destinazzjoni ta’ avvenimenti internazzjonali tal-jotting,” qal Wilfrid Buttigieg, CEO Yachting Malta.

Mill-punt industrijali Yachting Malta waqqfet ukoll numru ta’ gruppi ffukati biex fix-xhur li gejjin jindirizzaw x’nuqqasijiet hemm fil-hiliet industrijali tal-jotting, l-iskemi tal-apprendistat, il-facilitajiet godda tat-tiswija tal-jotts, l-incentivi tat-taxxa fuq super yachts, it-titjip fil-kodici tac-chartering u tac-charter, l-edukazzjoni dwar skemi tal-jotting, it-titjib fil-kwalità fil-hasil bl-ilma, il-wirt f’qiegh il-bahar, u progetti dwar marinas godda u servizzi ghall-hard standing yachts.

Il-Konferenza Stampa kienet indirizzata wkoll mill-Onor Chris Agius, is-Segretarju Parlamentari ghar-Ricerka, Innovazzjoni, Zghazagh u Sport li semma kif il-Gvern ra kif ta lura dak li ha lill-klabb tal-Vikings. Il-Gvern jifhem l-ugigh li ghadda minnu dan il-klabb meta l-bini tieghu ttiehed, ra x’ghamel biex instabet alternattiva sakemm beda x-xoghol fuq is-sit il-gdid u kien ta’ spalla fil-mument tal-bzonn. Dan ghamlu ghaliex jifhem il-hidma li qed jaghmel klabb bhall-Vikings kemm fl-isport tal-ibburdjar imma aktar u aktar ma’ tfal u zghazagh li jippartecipaw f’sessjonijiet diversi li jorganizza l-klabb.

Is-Segretarju Parlamentari sostna li ma kinitx haga facli li ssib sit alternattiv li joffri facilitajiet simili ta’ dak li kellu l-klabb specjalment ghaliex fost l-ohrajn is-sit ried ikun qrib il-bahar minn fejn jistghu jkunu varati d-dghajjes. Madanakollu dawn l-ostakli issa huma meghluba u bis-sahha tal-ghotja finanzjarja ta’ Yachting Malta, flimkien mal-impenn tal-voluntiera li jimmilitaw fil-klabb tal-Vikings, dawn tal-ahhar se jerga’ jkollhom sit denju ghalihom. Huwa fakkar li Vikings se jkunu qed joffru sessjonijiet waqt il-programm Summer on the Move organizzat minn SportMalta fis-sajf li gej applikazzjonijiet li issa huma miftuha.

Hemm ukoll numru ta’ inizjattivi ohra li se jithabbru dalwaqt.

Aktar taghrif dwar l-inizjattivi ta’ Yachting Malta jinsabu f’www.yachtingmalta.org.

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458