Titwaqqaf The Mrieħel Enterprise Zone Foundation

Mar 4, 2016

Ilbierah twaqqfet ufficjalment The Mriehel Enterprise Zone Foundation. Din il-fondazzjoni se tithaddem fuq mudell ta’ Public Private Initiative, bejn il-Gvern ta’ Malta rapprezentat minn Projects Malta Ltd u 18-il operatur privat fiz-zona industrijali tal-Imriehel.

L-ghan ewlieni tal-fondazzjoni hu l-immanigjar u t-tisbieh taz-zona industrijali tal-Imriehel biex gradwalment din tinbidel f’Enterprise Zone li thabbatha ma’ zoni kummercjali internazzjonali li jezistu barra minn Malta.

It-18-il operatur privat fil-Fondazzjoni li bejniethom ihaddmu qrib is-6,000 ruh huma: PricewaterhouseCoopers, Fino, Allied Newspapers Ltd, Alter Domus Services Malta Ltd, Bank of Valletta Plc, Alberta, Homemate, Attard & Co Ltd, ESS, Farsons, Forestals Investments Ltd, HSBC, JB Stores, Joinwell Ltd, Gasan, MSV Life Plc, Engel & Volkers Sara Grech u Vernon’s.

Filwaqt li Projects Malta Ltd hi l-fundatur ghan-naha tal-Gvern.

Wara l-iffirmar tal-kuntratt notarili quddiem in-Nutar Ewlieni tal-Gvern Keith German kien spjegat li l-Gvern qed impenja ruhu li johrog l-istess ammont ta’ flus li se johrog is-settur privat f’din il-Fondazzjoni, sa massimu ta’ €400,000 fis-sena.Dan apparti li l-Kabinett approva li parti mill-fondi minn progetti tal-MEPA f’din iz-zona jmorru f’din il-Fondazzjoni.
Thabbar ukoll li s-settur privat b’elezzjoni hatar sitt entitajiet li se jkunu qed jirrapprezentawhom fuq il-Bord tal-Amministraturi fuq l-istess Fondazzjoni. Dawn huma: Louis Farrugia, Mark Gasan, Etienne Borg Cardona, Sara Grech, Alan Mizzi u Kevin Valenzia.

Il-Gvern innomina wkoll is-sitt rapprezentanti tieghu fuq l-istess bord u dawn se jkunu: William Wait (Cermen Ezekuttiv Projects Malta), Johann Buttigieg (Kap Ezekuttiv MEPA), Clifton Borg (Senior Operating Officer Transport Malta), Joanna Debono Grech (Sindku B’Kara), Jeremy Dalli (Direttur Malta Industrial Parks) u Paul Abela (ghan-nom tal-GRTU). L-ghan tal-kumitat ezekuttiv mahtur mill-Bord tal-Amministraturi hu li jimplimenta l-vizjoni filwaqt li jahdem id f’id tal-operaturi u r-residenti kollha tal-Imriehel.

Il-priorijitajiet fl-Imriehel huma varji u jinkludu fost l-ohrajn xogholijiet infrastrutturali, parkegg u immanigjar ta’ traffiku.

Louis Farrugia, l-ewwel Cermen ta’ The Mriehel Enterprise Zone Foundation sostna l-fiducja tieghu li “il-Fundaturi se jgibu hafna idejat pozittivi ghal din il-partnership.”

Hu tenna s-sodisfazzjon tieghu li “se jkun hemm mekkanizmu li jixpruna l-izvilupp ta’ vizjoni fit-tul ghaz-zona industrijali fl-Imriehel filwaqt li tistabbilixxi prijoritajiet li jridu jigu ndirizzati.”

Projects Malta Ltd.The Clock Tower, Level 1,
Tigné Point, Sliema TP01, Malta
T (+356) 2132 0458